Imħallef illibera avukat li kien instab ħati ta’ frodi wara li ikkonkluda li mill-provi li tressqu quddiem il-maġistrat ma kellux jinstab ħati.
L-Avukat Omar Caruana, ta’ 42 sena minn Ħal Tarxien, kien tressaq fil-Qorti flimkien ma’ Josef Grech ta’ 39 sena mill-Marsa u Vincent Farrugia ta’ 74 sena minn Wied il-Għajn.
Huma kienu mixlijin li f’Settembru 2010, u fil-jiem u xhur ta’ qabel, f’isimhom u bħala rappreżentanti tas-Soċjetà Filarmonika Lourdes ta’ Raħal Ġdid iffrodaw lil Saviour Spiteri minn Ħaż-Żabbar, Alberto Serra mill-Gżira u George Cassar minn San Pawl il-Baħar.
Wara li nstabu ħatja kienu ikkundannata sena ħabs bi Grech jeħel tmien xhur ħabs oħra wara li daħlet fis-seħħ sentenza sospiża li kien ingħata fuq każ ieħor.
L-Avukat Caruana appella u nstema quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera li ikkonkludiet li mill-provi ma rriżultax li kien wettaq frodi u għalhekk bidlet is-sentenza li kien ingħata mill-Qorti tal-Maġistrati u illiberatu.
Dan ma kienx l-ewwel każ li huma iffaċċjaw akkuża ta’ frodi bħala uffiċjali tas-Soċjeta Filarmonika Lourdes ta’ Raħal Ġdid li tagħha Farrugia kien President, Grech is-Segretarju u l-Avukat Caruana t-Teżorier.
b’Farrugia l-President, Grech is-Segretarju u Caruana t-Teżorier.
F’Ġunju li għadda huma nstabu ħatja mill-Maġsitrat Marse-Ann Farrugia li iffrodaw lill-Maltapost €25,000 bi Grech jiġi ikkundannat erba’ snin ħabs, l-Avukat Caruana tliet snin ħabs u Farrugia sentejn ħabs.
Il-Maġistrat Farrugia ordnatilhom ukoll iħallsu lill-Maltapost is-somma ta’ €19,971.