Monday, March 3, 2025

Avveniment għall-pubbliku mill-MBA fl-okkażjoni tal-European Money Week biex issaħħah l-għarfien finanzjarju

Aqra wkoll

Din is-sena, bħala parti mill-European Money Week 2025, il-Malta Bankers Association (MBA) qed torganizza laqgħa bit-tema ‘Ħu Ħsieb Flusek’ għall-pubbliku ġenerali, speċjalment dawk li qed isibu diffikulta`biex ilaħħqu mal-avvanzi teknoloġiċi mgħaġġla fis-settur bankarju, inkluż il-pagamenti diġitali.

Karol Gabarretta, Segretarju Ġenerali tal-MBA, ħeġġeġ lin-nies biex jattendu, hekk kif ikkummenta: “Nifhmu li l-innovazzjoni diġitali tista’ tkun skoraġġanti għal xi wħud, għalhekk ħadna din l-inizjattiva biex propju fil-ġimgħa ddedikata għall-għarfien finanzjaru, norganizzaw sessjoni biex nispjegaw kif l-għodod diġitali jistgħu jiffaċilitaw il-mod kif wieħed jagħmel użu mis-servizzi bankarji ta’ kuljum b’mod sikur u konvenjenti.”

Din il-laqgħa se ssir nhar il-Ġimgħa, 21 ta’ Marzu 2025 ġewwa Laparelli Hall, Bank Ċentrali ta‘ Malta, il-Belt. Ir-reġistrazzjoni tibda fit-8.30am, filwaqt li fid-9.30am jingħata bidu għal-laqgħa. It-taħditiet se jsiru bil-Malti.

Kull min jixtieq jattendi huwa mitlub jirreġistra billi jibgħat l-isem u n-numru tal-karta tal-identita`fuq [email protected]  jew permezz tat-telefon fuq in-numru 21412210 sa mhux iktar tard mill-14 ta’ Marzu. Il-postijiet huma limitati u għalhekk huwa rakkomandat li wieħed jibbukkja kmieni kemm jista’ jkun. 

Apparti pawża għall-kafè, ser jiġu servuti refreshments wara l-attività. 

Din il-laqgħa qed tiġi organizzata mill-Malta Bankers’ Association bis-sapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, u b’kollaborazzjoni mal-banek membri tal-Assoċjazzjoni, mal-Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji, L-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA), il-Korp tal-Pulizija u Gemma. 

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport