Thursday, October 17, 2024

Avventura Torka għal Kieran Trippier?

Aqra wkoll

Il-winger Ingliż Kieran Trippier jinsab ferm viċin li jħalli lil Newcastle United sabiex jibda avventura ġdida fit-Turkija ma’ Eyupspor. Wara li rtira minn mat-tim nazzjonali Ingliż, il-plejer li twieled fil-belt Ingliża ta’ Bury, ried ibiddel relattivament l-istil ta’ ħajja tiegħu u se jkun qed jaċċetta l-isfida li se joffrulu dan it-tim li jilgħab fl-ogħla diviżjoni Torka.

Eyupspor diġa’ lagħbu erba’ logħbiet fil-kampjonat Tork fejn rebħu tnejn u tilfu tnejn.

Trippier għandu 33 sena u fil-passat lagħab ukoll ma’ Manchester City, Barnsley, Burnley, Tottenham Hotspur u Atletico Madrid.

Sport