Skont siti differenti li jagħtu tbassir tat-temp qegħdin jgħidu li għada se tkun qiegħed jasal Poppea – ċiklun li se jkun qiegħed jolqot il-Mediterran.
Iċ-ċikklun għalkemm mhux se jgħaddi direttament minn fuqha se jħalli l-effetti tiegħu. Fil-fatt mis-7am sat-3pm se nkunu qegħdin nistennew riħ forza 7 għal Forza 8 mill-Punent mill-Lbiċ. L-Italja se tkun l-aktar li se tintlaqat minn dan iċ-ċiklun.
Dan kważi jagħmel imposibbli biex is-servizz tal-Gozo Channel ma jiġix affettwat.
Fil-fatt fuq il-paġna tagħhom il-kumpanija qalet li għada minħabba r-riħ qawwi li se jolqot il-gżejjer Maltin is-servizz jista’ jieħu aktar fit-tul jew saħansitra jitħassru xi vjaġġi.