Sunday, November 24, 2024

Awtopsja fuq tfajla li waqgħet minn gallarija tikkonferma li ma kienx hemm terzi involuti

Aqra wkoll

Għall-ħabta 2.00am tal-bieraħ, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq is-Simar, San Pawl il-Baħar.

Il-Pulizija marret fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li tfajla Pollakka ta’ 23 sena, kienet waqgħet madwar ħames sulari minn gallarija. Mill-awtopsja fuq il-kadavru tal-mara u rriżulta li ma kienx hemm l-involviment ta’ terzi persuni.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, imma sfortunatament, ġiet iċċertifkata mejta ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali għadhom għaddejjin.

Sport