Thursday, April 10, 2025

Awtorità dwar l-UżuResponsabbli tal-Kannabis (ARUC) tiċċara dwar prodotti li jikkontjenu ‘CC9’

Aqra wkoll

L-ARUC tiċċara u tisħaq li tali prodotti ma jitqassmux u ma jiġux ipprovdutiminn assoċjazzjoni liċenzjati mill-istess Awtorità. L-Assoċjazzjonijiet jipprovdubiss kannabis naturali skont kif konċess fir-riforma tal-kannabis tas-sena 2021,u fl-ebda ċirkostanza ma huma permessi jqassmu sustanzi sintetiċi jew semi-sintetiċi fi ħdan il-qafas regolatorju li joperaw taħtu.

Il-prodotti CC9 inkwistjoni qed jinbiegħu minn entitajiet kummerċjali li jaqgħu lilhinn mill-kompitu legali attwali tal-ARUC. Minkejja dan, l-ARUC qiegħdatissorvelja b’mod attiv dawn l-iżviluppi u kkomunikat ma’ xjentisti forensiċi mid-Dipartiment tal-Kimika fi ħdan l-Università ta’ Malta sabiex tikseb għarfienaktar profond tas-sustanza u r-riskji tagħha.

Barra minn hekk, l-ARUC pproponiet emendi leġiżlattivi – li bħalissa qed jiġudiskussi fil-Parlament – li għandhom l-għan li jagħtu lill-Awtorità l-kompetenzalegali li tissorvelja, tirregola, u tieħu azzjoni effettiva ta’ infurzar dwar dawn il-ħwienet kummerċjali ukoll.

Dawn ir-riformi għandhom l-għan li jrażżnu l-abbużi,jissalvagwardjaw is-saħħa pubblika, u jiżguraw li l-prodotti kollha relatati mal-kannabis fis-suq jkunu konformi ma’ qafas regolatorju li għandu fiċ-ċentrutiegħu l-kunċett ta’ tnaqqis tal-ħsara (harm reduction).ARUC tibqa’ impenjata li tissalvagwardja s-saħħa pubblika u tilqa’ d-djalogukontinwu ma’ kull entita – inkluża l-komunita’ medika – sabiex jiġi żgurat approċċresponsabbli fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-kannabis f’ Malta.Stqarrija mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) b’referenza għall-istqarrija tal-MAM dwarprodotti li jikkontjenu ‘CC9’10 ta’ April 2025

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport