Sunday, December 22, 2024

Awtorità ġdida biex tirregola s-servizzi tal-anzjani – L-Awtorità għall-Istandards tal-Anzjani (OPSA)

Aqra wkoll

Waqt business breakfast bit-tema Regulating to ensure the wellbeing and rights of older persons li laqqa’ diversi stakeholders flimkien mill-qasam tal-anzjanità attiva, tħabbar it-twaqqif tal-Awtorità għall-Istandards tal-Anzjani (OPSA).

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea li sostna li dan huwa parti mill-impenn tal-gvern biex isaħħaħ il-kura tal-anzjani. Spjega li din l-awtorità se tkun il-korp regolatorju ġdid għal servizzi ġerjatriċi f’Malta u se tkun responsabbli biex tistabbilixxi, tissorvelja u tinforza standards ta’ kwalità ogħla fis-servizzi kollha pubbliċi u privati li jiġu offruti lill-anzjani. Dan jinkludi djar tal-anzjani, ċentri ta’ matul il-jum, u servizzi oħra ta’ kura fil-qasam tal-anzjanità.

“Qed nagħmlu pass ieħor ’il quddiem fil-missjoni tagħna biex insaħħu l-kura tal-anzjani b’mod ħolistiku, kemm fid-djar tal-anzjani kif ukoll fil-komunità. L-OPSA hija sinjal ċar ta’ kemm aħna kommessi li nħarsu d-drittijiet tal-anzjani u nassiguraw li jirċievu servizzi eċċellenti li jgħinuhom igawdu d-dinjità tagħhom,” saħaq  is-Segretarju Parlamentari. Huwa rringrazzja wkoll lill-professjonisti kollha li jaħdmu b’tant sagrifiċċju fis-settur ġerjatriku, filwaqt li faħħar u enfasizza s-sinifikat tal-Awtorità.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Istandards tal-Anzjani, George Fenech spjega li din l-awtorità se tkun il-mezz li jassigura li l-anzjani jirċievu l-għajnuna u s-sapport meħtieġ fil-komunità jew fil-faċilitajiet residenzjali tagħhom, b’regolamenti ċari u spezzjonijiet regolari. “B’dan il-mod, nistgħu nidentifikaw sinjali bikrija ta’ abbuż jew negliġenza u nieħdu azzjoni f’waqtha,” kompla jgħid Fenech.

Preżenti għall-business breakfast kien hemm ukoll Prof. Richard Fleming, espert internazzjonali fil-qasam tad-dimenzja.

Ekonomija

Sport