Id-difensur ta’ Manchester United, Axel Tuanzebe, irid jagħmel l-esperjenza ta’ self tiegħu ma’ Aston Villa, waħda permanenti dan l-istaġun.
Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena ingħaqad mal-Villans għat-tielet esperjenza b’self, qabel kien lagħab mal-club meta kienu fiċ-Championship.
Tuanzebe huwa stabbilit ma’ Villa u jemmen li se jilgħab football regolari mal-ewwel team taħt Dean Smith, xi ħaġa li x’aktarx ma tiġrix f’Old Trafford.
Tuanzebe għamel progress fl-akkademja tar-Red Devils, fejn pie introdott fl-età ta’ tmien snin, qabel ma eventwalment iddebutta mal-club f’Jannar 2017.
Id-difensur, li għamel 37 dehra fl-ewwel team għall-United fil-kompetizzjonijiet kollha, u beda l-aħħar żewġ logħbiet tal-Premier League għal Villa, inkluża t-telfa ta’ 3-0 barra minn darhom fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Chelsea.