Id-difensur ta’ Manchester City, Aymeric Laporte, jidher li qed jitqies bħala mira potenzjali ta’ trasferiment għal Juventus.
Il-player ta’ 28 sena kellu sehem sinjifikanti fis-suċċess ta’ Man City f’dawn l-aħħar snin, bid-difensur ċentrali kkontribwixxa għal erba’ titli tal-Premier League u erba’ trijonfi fit-tazzi domestiċi.
Minn Jannar tal-2018 ‘l hawn, Laporte għamel total ta’ 155 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, ritorn rispettabbli meta jitqies li l-player internazzjonali ta’ Spanja sofra injury serja fl-irkoppa matul dak il-perjodu.