Ayrton Ellul, ġuvni ta’ 17-il sena miet fl-aħħar sigħat. Kien id-Deputat Laburista Omar Farrugia li fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook sellem il-memorja ta’ Ellul.
Farrugia kiteb li Ayrton kien tifel intelliġenti b’karattru kwiet immens. “L-aħħar li tkellimna kien propju l-ġimgħa l-oħra fil-festa ta’ Santa Marija!”
Id-Deputat Laburista kompla jikteb li “Tlaqtna kmieni wisq ħabib. Strieħ fis-Sliem u sellilna għal papa’ Mario li tant kont tħobb u tgħożż.”