Azzjoni f’waqtha tal-Pulizija lbieraħ wasslet biex ġiet assistita u possibilment salvata l-ħajja ta’ raġel ta’ 24 sena li kien qiegħed jinżamm taħt arrest ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.
Kien għall-ħabta 09.45pm meta l-pulizija ħadu azzjoni immedjata meta raġel arrestat instab jipprova jweġġa’ lilu nnifsu.
Grazzi għall-intervent f’waqtu tal-Pulizija, ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn iżjed tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.
Dwar il-każ inħatret inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr C. Stafrace Zammit LLD.