Nhar il-ġimgħa, għall-ħabta tal-3:45 p.m., pulizija offduty talab l-assistenza peress li kien lemaħ raġel li ssuspetta li kien qed jitraffika d-droga u
kien qed isegwih fi Triq il-Kanun, Santa Venera.
Il-raġel ġie mwaqqaf mill-pulizija fi Triq is-Salib, il-Marsa u minn tfittxija li saret fil-vettura nstabu ammont ta’ pirmli suspettati ecstasy, boroż b’sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis u qratas b’sustanza suspettata kokaina, ponn tal-ħadid, xafra u oġġetti oħra relatati mattraffikar tad-droga.
Ir-raġel li għandu 20 sena u residenti l-Kalkara, qiegħed jinżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tal-10:00 a.m., quddiem il-Maġistrat Dr Jean Paul Grech LL.D.


