Friday, November 15, 2024

Azzjonijiet industrijali qed jikkawżaw staġnar fl-Emerġenza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt il-winding up tad-dibattitu dwar l-professjonijiet tas-saħħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar il-problema tal-istennija fid-Dipartiment tal-Emerġenza. Qal minkejja li fil-passat kienet agħar u tjiebet, dan l-aħħar reġa’ żdied il-ħin tal-istennija.

Il-Ministru spjega dwar azzjonijiet industrijali li qed isiru biex pazjenti f’Mater Dei li ma jkunux fi stat li jmorru d-dar jgħixu waħdihom, ma’ familjari jew f’ċertu djar tal-anzjani ma jiġux trasferiti lejn San Vinċenz. Spjega li dan qiegħed iwassal biex ħafna sodod qegħdin jispiċċaw mimlijin minn dawn il-pazjenti u b’hekk qed jikkawża staġnar fid-dipartiment tal-Emerġenza. Huwa kkjarifika li hu minn ta’ quddiem biex jiġu mħarsa l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, iżda appella għal responsabbiltà biex is-sens komun jirrenja u tingħata prijorità lill-pazjent.

Min-naħa tiegħu Fearne spjega li qiegħed isir ristrutturar fl-Isptar Boffa biex fix-xhur li ġejjin ikun hemm żieda ta’ sodod biex pajjiżna jilqa’ għal pazjenti minħabba żieda ta’ każi ta’ influwenza u anke każi ta’ Covid-19.

Tkellem dwar kumment min-naħa tal-Oppożizzjoni rigward il-kura tas-saħħa mentali fejn qal li dawn il-pazjenti ma nistgħux nissegregaw immorru lura mill-ħidma kollha li saret favur l-inklussività. Fakkar li sa ftit tas-snin ilu kellna każi li s-soċjetà kienet tipprova taħbihom u għalhekk appella lill-Oppożizzjoni biex tħares ’il quddiem.

Ekonomija

Sport