L-Isptar Mater Dei qiegħed javża lill-pubbliku li, kawża ta’ azzjoni industrijali maħruġa mill-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) fid-dipartiment li jisterilizza l-istrumenti mediċi kollha li jintużaw fit-teatri tal-istess sptar, jistgħu jiġu affetwati xi operazzjonijiet u għalhekk hemm il-possibbiltà li jiġu posposti.
Il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed f’diskussjonijiet kontinwi mal-MUMN bl-għan li jiġu irtirati dawn l-azzjonijiet mill-aktar fis possibbli.