Filwaqt li nisimgħu b’ħafna stejjer ta’ annimali li qed jiġu abbandunati fit-toroq ta’ pajjiżna, il-kelb “il-ġdid” li jinsab għand l-Assoċċazzjoni tal-Annimali Abbandunati ma ġiex abbandunat.
Fl-aħħar jiem, “il-missier uman” tal-kelb miet u għalhekk spiċċa mingħajr familja. Inġabar mill-AAA bit-tama li jsib “missier uman” ġdid. Hu ngħata l-isem ta’ Baby.
L-Assoċċazzjoni tgħid li l-kelb għandu 11-il sena u jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba ħafna. L-unika ħaġa li għandu bżonn hu li jitranġawlu s-snien minħabba li għandu ftit problemi fihom.
L-Assoċċazzjoni tgħid li apparti s-snien, Baby hu kelb ta’ min iħobbu. Jekk xi ħadd irid jaddotta lil Baby jista’ jagħmel kuntatt mal-AAA.