Wednesday, July 23, 2025

Badminton: Riżultati Mħallta għal Jeremy Gatt fil-European Youth Olympic Festival

Aqra wkoll

Fit-tieni jum tal-European Youth Olympic Festival (EYOF) li qed isir f’Skopje, il-Maċedonja, il-plejer tal-Badminton Jeremy Gatt affaċċja lil Deeptanshu Toka min-Norveġja. Gatt rebaħ l-ewwel sett 21-17.

It-tieni sett kien ħafna aktar missielta, b’Toka jieħu l-vantaġġ fil-bidu; iżda Gatt irnexxielu jagħmel rimonta b’saħħitha biex jirbaħ il-logħba b’skor finali ta’ 21-16.

Wara nofsinhar, Gatt ikkompeta kontra Zisis Pegios mill-Greċja. Minkejja li ħa sehem f’diversi rallies twal u wera determinazzjoni, Pegios kien superjuri u rebaħ b’mod deċiżiv fiż-żewġ settijiet bl-istess skor ta’ 21-14.

B’dawn il-prestazzjonijiet, Gatt temm l-impennijiet tiegħu fl-EYOF. Gatt spiċċa fit-tielet post minn ħames atleti fi Grupp 3, fejn b’differenza żgħira mar-rnexxilux javvanza għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni.

Team Malta jirritorna għall-azzjoni nhar l-Erbgħa 23 ta’ Lulju, fid-9:00 ta’ filgħodu l-quddiem b’Michela Scerri tikkompeti fit-Taekwondo fir-Round of 32 fil-kategorija -44kg. Aktar tard, Thea Parnis Coleiro se terġa’ tkun fl-istadium tal-atletika biex tipparteċipa fil-heats tal-200m li jibdew fid-9:30am.

Il-kompetizzjonijiet kollha jistgħu jixxandru live fuq https://eoctv.org/live/

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport