Il-Pulizija qed tinvestiga dwar sejba ta’ fdalijiet umani li nstabu f’bagalji mixtrija minn familja fi New Zealand.
Il-Pulizija bdiet minnufih l-investigazzjoni dwar dak li qiegħda tqis bħala każ jew każi ta’ omiċidju u bdiet il-ħdima biex jiġu identifikati l-fdalijiet. Il-Pulizija ma temminx li l-familja kienet involuta fl-inċident minħabba l-ammont kbir ta’ affarijiet li xtrat mill-irkant.
Skont arrporti kienet l-istess familja li xtrat l-affarijiet li rrappurtat dwar l-fdalijiet li spiċċaw għandhom qalb il-kontejner affarijiet li kienu xtraw mill-irkant.
Il-Pulizija qalet li filwaqt li tifhem l-interess tal-pubbliku biex ikun infurmat dwat dan il-każ, iżda minħabba li l-investigazzjonijiet għadhom fi stadju preliminari jkun iżjed għaqli li ma jikkummentawx. Madanakollu kkonfermat li qed issir l-awtopsja li mistennija tgħin lill-pulizija biex tkun tista’ tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha.
Diversi ġirien tal-familja rrapportaw dwar riħa tinten ħierġa mid-dar u saħansitra kien hemm wieħed mill-ġirien li kien jaħdem fi krematorju li qal li r-riħa kienet evidenti u li nduna mill-ewwel x’setgħet kienet.