Saturday, December 21, 2024

BAĠIT 2021: Immaniġġjar tal-iskart … titwaqqaf l-importazzjoni tas-single use plastic

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

BAĠIT 2021: Lejn ekonomija ħadra

Sa tmiem din is-sena se jiġi iffinalizzat it-tfassil tal-istrateġija li trid twassal lill-pajjiż għal żero karbonju waqt li matul is-sena d-dieħla se titnieda kampanja edukattiva dwar it-tibdil fil-klima.

Il-Borża ta’ Malta se tkun qed toffri wkoll pakkett lill-investituri sabiex joħroġu Green Bonds li jkunu jistgħu jiffinanzjaw proġetti li jippromwovu enerġija rinovabbli u proġetti li jnaqqsu t-tniġġiż tal-arja.

BAĠIT 2021: Immaniġġjar tal-iskart .. jissuktaw il-bini tal-impjanti

Il-Gvern se jkompli bil-proġett tal-bini ta’ faċilità li tipproċessa l-iskart riċiklabbli, l-impjant li jittratta l-iskart organiku, l-impjant għall-iskart kliniku u fdalijiet tal-annimali u l-impjant li jirkupra enerġija elettrika mill-iskart li ma jistax jiġi riċiklat.

Sal-aħħar ta’ din is-sena għandu jiġi ippubblikat il-pjan il-ġdid għall-immaniġġjar tal-iskart waqt li l-Gvern se jaħdem fuq is-separazzjoni tal-iskart mis-settur kummerċjali fejn matul is-sena li ġejja se ssir l-infrastruttura għar-rifużjoni fuq il-kontenituri tax-xorb.

Dwar is-‘single-use plastics’ se jitwaqqaf l-importazzjoni tiegħu mill-1 ta’ Jannar u fis-sena ta’ wara se jkun qed jieqaf il-bejgħ tiegħu.

Fuq il-kwalità tal-arja se jibda jopera stazzjon ġdid għall-monitoraġġ tal-arja fix-Xemxija, se jitkompla x-xogħol fuq l-istrateġijaa nazzjonali dwar il-biodiversità u se jitkompla l-proġett tal-bini tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali.

Se jitnedew ukoll skemi biex residenzi privati u ħwienet fl-urban ikunu jistgħu jinstallaw Green Walls mal-faċċati tagħhom.

Dwar l-ittestjar tal-karozzi għat-tniġġiż il-maġġoranza kbira tal-konsumaturi se jaraw tnaqqis fil-ħlasijiet tat-taxxa tar-reġistrazzjoni u l-liċenzja waqt li oħrajn se jħallsu r-rati li qed iħallsu llum.

Għas-sena d-dieħla l-Gvern qed jistma li se jdaħħal €3 miljun inqas minn dawn il-ħlasijiet.

BAĠIT 2021: Enerġija rinovabbli … jissoktaw bosta skemi ta’ inċentivi

Se jibqgħu fis-seħħ numru ta’ skemi li qed jinċentivaw l-investiment f’sorsi ta’ enerġija rinovabbli fosthom tal-pannelli fotovoltajċi, ‘heat pump water heaters’, ‘solar water heaters’ u batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinovabbli u se tkompli tiġi stabbilita ‘feed-in tariff’ għall-elettriku ġenerat minn installazzjonijiet fotovoltajċi solari.

Skemi oħra li se jiġ estiżi jinkludu dawk għar-restawr ta’ bjar fid-djar, tibdil tal-appliances għall-familji vulnerabbli u għotja fuq xiri ta’ ‘reverse osmosis’.

Se jiġu installati ħames eco-intermodal hubs biex il-pubbliku jkollu tagħrif dwar mezzi ta’ trasport, kiri ta’ e-scooters u e-bikes u fejn wieħed jista’ jiċċarġja l-mobile u juża l-wifi.

Il-Gvern se jwettaq studju biex ikun hemm tibdil min karozzi li jaħdmu bil-fjuwil għal dawk bl-elettriku fis-Servizz Pubbliku.

€1.5 miljun qed jiġu allokati għal skemi ta’ skrappjar ta’ vetturi fejn jekk vetturi li ilhom iktar minn 10 snin jinbidlu ma’ vetturi li jniġġsu anqas se tingħata għotja fuqhom sa €7,000.

Se jiġu estiżi l-miżuri li ma jkunx hemm taxxa ta’ reġistrazzjoni u eżenzjoni mill-ħlas tal-liċenzja annwali tat-triq, għal ħames snin mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni, għal vetturi elettriċi.

Il-Gvern se jestendi wkoll l-iskema għal rifużjoni tal-VAT fuq roti u roti elettroniċi u anke dik għal xiri ta’ muturi, scooters u roti assistiti b’mutur tal-elettriku għal massimu ta’ €400.

Għal dawk li jaqilbu l-vettura biex taħdem bil-gass minflok bil-petrol l-għotja se titla’ għal €400 imma biex tkun eliġibbli it-tnaqqis tat-tniġġiż irid ikun ta’ 25% jew aktar. Din l-iskema se tiġi estiża għall-vetturi kollha tat-trasport tal-passiġġieri u l-merkanzija fejn f’dan il-każ l-għotja titla’ sa €800.

Fejn tidħol il-liċenzja taċ-ċirkolazzjoni annwali għal muturi b’kapaċità kubika bejn 125cc u 250cc, meta tkun waslet biex tiġi rinovata għal sena oħra matul is-sena d-dieħla se tonqos minn €65 għal €25.

Vetturi reġistrati għal tmiem il-ġimgħa jew festi pubbliċi se jibbenefikaw minn tnaqqist a’ 35% tal-ħlas annwali tal-liċenzja taċ-ċirkolazzjoni.

Se jkun hemm baġit allokat biex taxis ġodda jingħataw €10,000 mar-reġistrazzjoni ta’ vettura li tkun aċċessibbli għas-siġġu tar-roti. Din tapplika biss meta vettura oħra li jkollha iktar minn 10 snin u liċenzja valida għall-aħħar ħames snin trid tiġi irreġistrata u skrappjata.

Ekonomija

Sport