Wednesday, December 25, 2024

Baġit 2021: Inħarsu ’l quddiem b’saħħitna

Aqra wkoll

Din kienet it-tema għal din is-sena li uza il-Prim Ministru Robert Abela għall-baġit ta’ din is-sena. Tema li fiha nnifisha timlik bil-kuraġġ sabiex tħares ’il quddiem għas-sena 2021. Tema li timlik b’ottimiżmu sabiex tħares lejn il-futur b’pożittività.

Meta tħares lura, lejn il-bidu ta din is-sena u tara min fejn telqet din is-sena tirrealizza li kienet waħda jekk mhux l-aktar waħda kerha li l-generazzjoni tagħna tiftakar.

Tħares lejn pajjiżi kbar u b’saħħithom kemm fid-daqs kif ukoll finanzjarjament  u tinduna li dawn l-istess pajjiżi huma għarkuptejhom quddiem din il-pandemija li kissret lil kulħadd. Kissret ekonomiji kbar, kissret is-sistema ta’ saħħa ta’ kull pajjiż, kissret ukoll il-moralità ta kull wieħed u waħda minnha.

Imbagħad għandek din il-biċċa gżira li min xejn tara l-kobor tagħha u ta’ min imexxiha. Gvern li minflok għamel bħall-pajjiżi kbar u għamel awsterità, tefa’ inċentivi kbar sabiex il-poplu jkun jista’ jibqa’ għaddej. Huwa vera li mhux għaddej b’mod normali imma jista’ jibqa’ għaddej mingħajr ħafna tbatija żejda.

Gvern kompatt imexxi min Prim Ministru deċiżiv u ministri tal-finanzi u ekonomija b’ideat friski. Nazzarda ngħid li jekk ma tkunx tifhem fl-ekonomija tgħid dawn imġienen li se jonfqu dawn il-flus kollha, imma niftakar sewwa meta l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien qal li meta l-ekonomija tieħu daqqa ’l isfel, int trid tgħinha titla’ ’l fuq sabiex terġa’ tirranka r-rota. Parir li sewa ħafna u llum qed nerġgħu narawh jaħdem u jaħdem sew.

Min-naħa l-oħra għandek oppożizzjoni konservattiva li ma tgħallmet xejn f’dawn l-aħħar seba jew tmien snin. Oppożizzjoni li minflok tipprova tgħin lill-Gvern, u għamlet dak kollu li setgħet biex il-poplu ma jbatix, qed tagħmel min kollox biex tfixkel, qed tagħmel min kollox biex turi sens ta’ negattività u saħansitra anki fid-diskors tiegħu bħala Kap tal-Oppozizzjoni għar-risposta tal-baġit wera kemm huwa veru politiku li ma għandu idea ta’ xejn kif taħdem l-ekonomija mal-politika. Wera kemm huwa naïve billi beda d-diskors tiegħu billi qara dak li l-establishment preparalu biex jaqra.

Mexxej ma jsirx imma jitwieled u f’dan il-każ żgur li ma twelidx mexxej imma qed jiġi mmexxi għax jinsab mhedded minn min għal żewġ elezzjonijiet wara xulxin sfaw sfiduċjati b’ħafna voti Nazzjonalistili u ddistakkaw ruħhom minn dan il-partit.

Mhux ta’ b’xejn li f’survey wara ieħor Robert Abela u l-Partit Laburista dejjem jinqata’ ’l fuq bħala maġġoranza.

Dr Grech issa irid jinsa li huwa avukat u jrid jibda jaħdem, jitkellem u jaġixxi bħala kap tal-Oppozizzjoni, għax issa l-kariga kostizzjonali hija ferm ikbar min dik ta’ sempliċiment avukat.

Min-naħa l-oħra għandek gvern li ma jiqafx jaħdem, jitkellem u jaġixxi mal-korpi kostitwiti u mal-poplu Malti biex jara x’qed jgħidu, sabiex il-ħajja inaqqsulha t-tbatija li ġabet magħha din il-pandemija globali.

Nawgura lil kulħadd sabiex fi żmien qasir jasal il-vaċċin u nerġgħu nibdew il-ħajja b’mod normali.

Ekonomija

Sport