Saturday, December 21, 2024

“Baġit li jgħin lit-turiżmu jgħix” – MHRA

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u Restoranti (MHRA) iddeskriviet il-baġit bħala wieħed li jgħin lill-industrija tat-turiżmu tgħix.

Hija laqgħet l-estensjoni tal-wage supplement u saħqet li din hija miżura vitali għall-membri tagħha kif għamlet fuq it-titjib fil-prodott turistiku fosthom madwar il-kosta, fit-toroq u l-immaniġġjar tal-iskart.

L-MHRA innutat ukoll li ma ddaħħlet ebda taxxa ġdida u sejjħet il-baġit bħal wieħed ambizzjuż u fid-direzzjoni t-tajba.

Hija laqgħet ukoll l-miżuri soċjali li tħabbru fil-baġit u nsistiet li temmen li l-industrija turistika se terġa’ tkun pilastru fl-ekonomija meta tgħaddi l-pandemija.

Ekonomija

Sport