Friday, November 1, 2024

Bajjiet f’Sydney fl-Awstralja jingħalqu wara li kelb il-baħar attakka u qatel denfil

Aqra wkoll

Diversi bajjiet fil-belt ta’ Sydney fl-Awstralja ġew magħluqin għal pubbliku wara li kelb il-baħar qatel denfil. Wara li nstab id-denfil mejjet fuq il-bajja, u mill-ewwel irriżulta li miet wara li ġie attakkat minn kelb il-baħar, l-awtoritajiet ddeċidew li jgħalqu l-bajjiet minħabba biża’ li persuni jisfaw attakkati wkoll.

Fi tmiem din il-ġimgħa fuq diversi bajjiet kellhom isiru diversi attivitajiet u dawk kollha ġew sospiżi. Gwardji tal-kosta qalu li setgħu jikkonfermaw li mill-inqas raw żewġt iklieb il-baħar u li kienu qegħdin viċin sew tal-bajja.

Tracey Hare-Boyd, kelliema għal Surf Life Saving New South Wales qalet li b’xorti tajba l-ebda persuna ma sfat vittma ta’ attakk tal-klieb il-baħar li hemm fil-baħar. Hija ħeġġet lil pubbliku biex josservaw dak li qed jgħidu l-awtoritajiet u għalhekk qed jagħmel temp sabiħ ħadd m’għandu jissogra u jinżel fil-baħar.

Sport