Monday, February 10, 2025

Balzan b’rebħa komda fid-debutt tal-coach Andrew Cohen

Aqra wkoll

Naxxar L. ….0

Balzan ………3

Minn Cristian Muscat

F’konfront bejn it-timijiet li kienu fl-aħħar żewġ postijiet, Balzan għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 3-0 biex dawn tal-aħħar baqgħu mingħajr l-ebda punt.

Dan il-konfront kien ukoll id-debutt tal-coach Andrew Cohen ma’ Balzan fil-kampjonat.

Kienet rebħa meritata għal Balzan hekk kif min-naħa l-oħra dehret evidenti in-nuqqas ta’ dinamiċitá u koeżjoni fit-team ta’ Naxxar.

B’din ir-rebħa, issa l-Balzanin telgħu fid-disa’ post tal-klassifika liema pożizzjoni tittamahom li jistgħu jikkwalifikaw mat-Top 6.

Min-naħa l-oħra, jidher li d-destin tal-Lions jinsab miktub fuq il-ħajt li se jitilfu posthom mal-kbar. 

Kienu Naxxar li ħolqu l- ewwel periklu fit-18-il minuta meta Edward Orlando Angulo Bolanos kellu x-xutt tiegħu minn pożizzjoni ideali jintemm ftit barra.

Iżda kienu Balzan li fetħu l-iskor żewġ minuti biss wara meta minn azzjoni ta’ corner ALEXANDER AYO AKPAN xeħet fix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras b’lura.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fil-25 minuta Isaac Westendorf ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper, Matthias Debono, iżda ra lil dan tal-aħħar isalva parzjalment, bid-difiża Naxxarija tikklerja l-ballun f’corner.

Kull ma jmur kompla d- dominju assolut ta’ Balzan u fil-31 minuta, Jan Busuttil, kellu x-xutt fil-baxx salvat tajjeb minn mal-art minn Debono.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Balzan komplew fejn ħallew qabel il-mistrieħ u, fit-52 minuta, Isaac Westendorf avvanza tajjeb u żmarkat kważi minn tarf il-kaxxa tefa’ għoli, b’Naxxar jeħilsuha ħafif.

Huma komplew jiddomi­naw għal kollox il-partita u, fit-73 minuta, irduppjaw l-iskor meta minn azzjoni ta’ cross, Debono ippanċja l-ballun li ntemm għand JAN BUSUTTIL li mill-viċin tefa’ ġewwa.

U ma kienet l-ebda sorpriża li Balzan żiedu ieħor, din id-darba minn LUKA LUKOVIC minn taħt il-lasti.

NAXXAR L.: 1-Matthias Debono, 4-Bacary Sane, 8-Neil Pace Cocks (11-Tara Ndao 76), 9-Edward Orlando Bolanos (19-Jean Paul Farrugia 46), 10-Edson Farias Cerqueira, 15-Ryan Gil­mour Cassar (3-Nikolai Micallef 65), 18-Hugo Dos Santos Coelho (31-Leandro Zamorano 83), 20-Laton, 23-Maicon De Souza Da Silva, 25-Fernando Barbosa Pereira, 44-Ito Yasukaze (7-Takuma Yamaguchi 46) – Coach: George Vella

BALZAN: 99-Danilo Golovic, 5-Samir Arab, 7-Triston Caruana, 8-Nicholas Pulis, 9-Isaac Westen­dorf (44-Marko Bacanin 89), 10-Jan Busuttil (22-Jake Grech 93), 14-Dimeji Awosanya, 21-Luka Lukovic, 23-Victor Blasco Llorens (11-Benjamin Hili 89), 27-Alexander Ayo Akpan (4-Gian­luca Cacciatore 93), 42-Rafael da Silva Floro   – Coach: Andrew Cohen

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Jurgen Spi­teri, Thomas Debono

RABA’ UFF: Matthew Degabriele

SKORERS: A. A. Akpan 20, J. Busuttil 73, L. Lukovic 90 (B)

AMMONITI: N. Pace Cocks (NL)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport