Mosta………………2
Balzan……………..3
Balzan dawru telfa f’rebħa ta’ 3-2 kontra Mosta, biex b’hekk għamlu pass deċisiv li jiksbu post fl-Ewropa fi tmiem l-istaġun. Detrimentali għall-Blues kien il-fatt li huma lagħbu għal iktar minn taqsima sħiħa bi player inqas, fejn madankollu huma taw qalbhom kollha.
Kienu Mosta li fetħu l-iskor propru fl-ewwel periklu li ħolqu fl-24 minuta, meta Zachary Brincat għadda tajjeb lejn Christ Ememe li min-naħa tiegħu xeħet cross fil-baxx lejn DUANE BONNICI li mill-viċin antiċipa lid-difensur avversarju u tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
Iżda Balzan ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni tajba u fl-40 minuuta wettqu penalty meta wara kontrattakk veloċi ta’ Balzan, Precious Linus Tenebe, waqqa’ lil Angel Torres fil-kaxxa, u kawża t’hekk tkeċċa permezz ta’ karta ħamra diretta mir-referee Matthew De Gabriele.
Mill-11-il metru, inkariga ruħu l-iskorer prolifiku Montenegrin, BOJAN KALJEVIC, li ma żbaljax hekk kf permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ lill-goalkeeper ta’ Mosta, Ini Etim Akpan naħa u l-ballun in-naħa opposta, biex b’hekk irnexxielu jsib ix-xibka proprju kontra l-ex team tiegħu.
Fit-58 minuta. Mosta, minkejja li bi player inqas, tilfu ċans tad-deheb li jerġgħu imorru fil-vantaġġ, meta Christ Ememe, kellu xutt angolat fil-baxx minn pożizzjoni ideali indirizzat lejn il-lasti avversarji, iżda pront kien Delvin Chanel Ndinga, li f’din il-partita kien qed jirritorna għal Balzan, li ddevja l-ballun f’corner. Mill-corner li rriżuluta, l-ispeċjalista Clayton Failla, kellu t-tentattiv dirett tiegħu jistampa mal-mimduda, b’Balzan jeħilsuha ħafif.
Huma komplew jippressaw u ta’ dan ġew ippremjati meta fis-70 minuta, marru fil-vantaġġ, hekk kif freekick ta’ Clayton Failla ħabat mal-barriera biex mir-rebound, Chris Okoh, miss il-ballun lejn l-istess CLAYTON FAILLA, li venven xutt mill-ewwel li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Balzan, Jonathan Debono, bil-ballun jintemm fir-rokna tax-xibka.
Balzan wieġbu fit-73 minuta meta l-captain Paul Fenech kellu xutt mid-distanza li għadda jħakkek mal-mimduda.
Il-partita kompliet tisbieħ u minuta biss wara, Balzan, meritatament ġabu l-iskor indaqs meta ANGEL TORRES, bi klassi u preċiżjoni kbira u permezz ta’ xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa, tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
Fid-79 minuta, ANGEL TORRES, li jagħmel id-differenza kollha fejn u meta jkun hemm bżonn għal Balzan, temm azzjoni personali, billi qabeż lil Clayton Failla fuq il-ġirtja u minn pożizzjoni angolata ħalla lil Akpan iħares, biex b’hekk skorja l-14-il goal tiegħu fil-kampjonat, filwaqt li rreġistra doppjetta personali fi spazju ta’ ħames minuti.
Mosta wieġbu fit-92 minuta meta wara li rċieva minn freekcik ta’ Clayton Failla, iż-żagħżugħ Jake Vassallo, żmarkat, kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu li għal ftit ma ħasditx lil Debono, bil-ballun jintemm ftit għoli.
Mosta: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa, 8-Christ Ememe (22-Tyrone Farrugia 72), 10-Precious Linus Tenebe, 11-Duane Bonnici (21-Nathan Agius 64), 13-Clayton Failla, 20-Boubakary Diarra, 30-Jacob Akrong (43-Steve Kingue 54), 74-Jake Vassallo, 77-Zachary Brincat (24-Michael Chidera Okoh 64), 98-Rodriguez Ekani Coach: Joseph Grech
Balzan: 23-Jonathan Debono, 2-Ivan Bozovic, 5-Samir Arab (7-Bogdan Mladenovic 77), 8-Paul Fenech, 10-Angel Torres, 18-Delvin Chanel Ndinga (6-Marcus Grima 64), 19-Nikola Zerjal, 21-Alex Satariano (33-Matheus De Sousa 64), 27-Momcilo Raso, 77-Aleksa Andrejic (11-Benjamin Hili 77), 86-Bojan Kaljevic Coach: Oliver Spiteri
Referee: Matthew De Gabriele
Ass. Referees: Mitchell Scerri, Duncan Spencer
Raba’ Uffiċjal: Andrea Sciriha
Skorers: D. Bonnici 25, C. Failla 70 (M), B. Kaljevic pen. 43, A. Torres 74, 79 (B)
Tkeċċa: P. L. Tenebe 40 (M)
Ammoniti: C. Ememe, C. Failla, J. Akrong (M), I. Bozovic, P. Fenech (B)
Player tal-Logħba: Angel Torres (B)