Balzan assiguraw is-servizzi tad-difensur Kolumbjan ta’ 23 sena, Diver Duvan Torres Quinones.
Duvan Torres lagħab ma’ Deportivo Pasto u t-team taż-żgħażagħ ta’ Tigres FC fil-Kolombja qabel mar jilgħab il-Portugall fejn kien fuq il-kotba ta’ FC Pedras Rubras u Alverca B.
Balzan qabel kienu ħatru lil Oliver Spiteri bħala l-coach il-ġdid tagħhom u ffirmaw lil Jonathan Debono u Aidan Friggieri.