Saturday, September 14, 2024

Balzan jibqgħu jittamaw

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sirens ……..2

Balzan …….3

F’partita li pproduċiet xejn inqas minn ħames goals, Balzan għelbu l-isfida ta’ Sirens bl-iskor ta’ 3-2 biex b’hekk żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li staġun ieħor jerġgħu ji­lagħbu fil- Kampjonat Premier biex ikun it-12-il staġun konsekut­tiv li jagħmlu dan. 

Kien biss fid-19-il minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota min-naħa ta’ Balzan meta minn azzjoni ta’ free-kick, Milos Zlatkovic, mill-viċin spara għoli.

Iżda minuta biss wara fetħu l-iskor minn xutt ta’ MARCUS GRIMA minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Sean Mintoff isalva.

Iżda l-Balzanin ftit kel­lhom ċans jifirħu hekk kif fit-23 minuta Sirens kisbu d-draw meta VITOR VIEIRA avvanza tajjeb fil-kaxxa u b’xutt fil-baxx tefa’ l-ballun fix-xibka.

Erba’ minuti wara l-Pawlini marru fil-vantaġġ meta Vitor Vieira iddefenda l- ballun tajjeb, b’MARIOS LOMIS jieħdu mingħandu, javvanza u b’xutt mill-viċin  li ma jaħfirx isammar il-ballun fix-xibka.

Sirens komplew jiddo­mi­naw u fil-35 minuta, tentattiv minn daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Vitor Vieira stampa mal-mimduda, b’Balzan je­ħilsuha ħafif.

Qabel tmiem l-ewwel taqsima Balzan heddew iżda x-xutt ta’ Paul Fenech minn pożizzjoni angolata ġie salvat minn Mintoff qabel ma ħabat mal-wieqfa.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l-iskor indaqs u rnexxielhom jagħmlu dan fid-49 minuta permezz ta’ freekick mill-isbaħ ta’ MILAN DURIC li ma ta l-ebda ċans lil Sean Mintoff. 

Huma komplew jipproduċu l-isbaħ logħob u fit-58 minuta skorjaw il-goal tar-rebħa permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ ALEKSA ANDREJIC.

Wara dan il-goal, ir-ritmu naqas għal kollox u kien konċentrat f’nofs il-ground fejn Balzan għalqu l-ispazji kollha biex Sirens ma setgħux jinfdu biex jiksbu l-goal tad-draw.

SIRENS: 13-Sean Mintoff, 7-Conor Borg, 9-Marios Lomis, 10-Bogdan Gavrila (5-Henrique Marcelino Motta 78), 15-Adrian Borg, 16-Timmy Tabone Desira (22-Alex Cini 78), 17-Jacob Walker (11-Alfred Effiong 78), 21-Carlo Zammit Lonardelli, 30-Carlos Riascos Castillo (31-Degran Jackson 62), 33-Vitor Vieira, 88-Renato Neto Cardoso Porto   – Coach: Winston Muscat

BALZAN: 1-Rudy Briffa, 3-Augustine Loof, 6-Marcus Grima, 7-Milan Duric, 8-Paul Fenech, 10-Nikola Gulan, 18-Uros Ljubomirac, 19-Milos Zlatkovic, 20-Suleiman Jalu (86-Bojan Kaljevic 73), 21-Neil Frendo (22-Gary Camilleri 46), 77-Aleksa Andrejic (44-Adam Bradshaw 78)   – Coach: Alejandro Pantoja

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Edward Spiteri, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Daniel Portelli

SKORERS: M. Grima 20, M. Duric 49, A. Andrejic 58 (B), V. Vieira 23, M. Lomis 27 (S) 

AMMONITI: U. Ljubomirac, R. Briffa (B), A. Effiong (S)

Ekonomija

Sport