Balzan komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom fejn assiguraw is-servizzi ta’ Luca Mallia u l-winger Kolumbjan Angel Yesid Torres Quinones.
Il-winger ta’ 24 sena Luca Mallia jingħaqad ma’ Balzan mingħand San Ġwann li tagħhom huwa prodott.
Min-naħa l-oħra, Angel Torres li għandu 22 sena huwa prodott ta’ Real Academia Bogota tal-Kolombja iżda mbagħad ingħaqad ma’ Porto – fejn l-ewwel lagħab mat-team taż-żgħażagħ tagħhom u mbagħad mat-team B qabel ingħaqad ma’ Alverca.
Balzan qabel kienu ħatru lil Oliver Spiteri bħala l-coach il-ġdid tagħhom u ffirmaw lil Jonathan Debono, Aidan Friggieri u lil Diver Duvan Torres Quinones.