Sirens…………….1
Balzan……………3
Balzan ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta’ Sirens bl-iskor ta’ 3-1, bit-tliet goals għalihom jaslu t-tnejn fit-tieni taqsima.
Ta’ nota huwa l-fatt li dan il-konfront laqqa’ lil żewġt aħwa kontra xulxin, Siraj Eddin Arab għal Sirens u Samir Arab għal Balzan.
Kienu Balzan li ħarġu fuq l-offensiva u wara biss erba’ minuti Alex Satariano kellu xutt minn pożizzjoni ideali li għadda ftit barra.
Huma komplew fuq l-offensiva u sitt minuti wara l-istess Satariano għadda tajjeb lejn Matheus De Sousa li kellu x-xutt mill-viċin tiegħu jiġi salvat bi bravura minn mal-art mill-goalkeeper ta’ Sirens, Matthew Grech.
Kulma jmur kompla d-dominju ta’ Balzan u fl-24 minuta Matthew Grech ħareġ barra minn postu u interċetta tajjeb fuq Matheus De Sousa.
Fl-44 minuta, il-coach ta’ Balzan Oliver Spiteri kien kostrett jaffettwa sostituzzjoni sfurzata meta weġġa’ għalihom il-player Alex Satariano li deher li sofra injury fil-hamstring biex minfloku daħal jilgħab is-sostitut Bojan Kaljevic.
U jidher li t-team talk ta’ Oliver Spiteri ħalliet l-effett mixtieq hekk kif fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Balzan, ħarġu ferm aggressivi u ta’ dan ġew ippremjati meta wara biss ftit sekondi fetħu l-iskor permezz ta’ xutt fil-baxx mill-viċin ta’ ANGEL TORRES, li ma ta l-ebda ċans lil Matthew Grech.
Huma komplew jippressaw u fis-57 minuta rduppjaw l-iskor meta l-awur tal-ewwel goal Angel Torres pprovda l-assist lil BOJAN KALJEVIC li kważi minn fuq il-penalty spot tefa’ ġewwa.
Kulma jmur kompla d-dominju ta’ Balzan u fis-77 minuta, xutt minn pożizzjoni ideali tas-sostitut Delvin Chanel Ndinga għadda ftit barra.
U proprju żewġ minuti biss wara, huma kellhom f’saqajhom il-ballun tat-tielet goal meta Angel Torres għadda tajjeb lejn Bojan Kaljevic li iżda xxamplat u minn pożizzjoni ferm ideali kellu x-xutt mill-ewwel tiegħu jintemm ftit għoli.
Iżda t-tielet goal għalihom kellu jasal fit-88 minuta meta l-BOV Player tal-Logħba, ANGEL TORRES qabeż tajjeb lil Matthew Grech qabel tefa’ l-ballun f’lasta vojta.
Sirens naqqsu l-marġni tal-iskor fil-ħin miżjud, meta minn azzjoni ta’ corner, il-ballun intemm għand ADRIAN BORG li mill-viċin tefa’ ġewwa.
Sirens: 24-Matthew Grech, 8-Rei Tachiakwa, 10-Sean Cipriott (7-Kei Sano 59), 15-Adrian Borg, 17-Jacob Walker, 22-Alex Cini, 23-Ricardo Calixto Correa Duarte, 25-Paulo Vyctor Bento De Vale, 27-Ivan Vaselinov Kolev, 31-Degran Jackson, 77-Siraj Eddin Arab (92-Andreas Vella 59) Coach: Winston Muscat
Balzan: 23-Jonathan Debono, 5-Samir Arab, 6-Marcus Grima, 8-Paul Fenech (14-Zak Grech 86), 10-Angel Torres, 19-Nikola Zerjal, 21-Alex Satariano (86-Bojan Kaljevic 44), 24-Nikola Braunovic, 27-Momcilo Raso, 33-Matheus De Sousa (18-Delvin Chanel Ndinga 70), 77-Aleksa Andrejic Coach: Oliver Spiteri
Referee: Glen Tonna
Ass. Referees: Duncan Sultana, Thomas Debono
Raba’ Uffiċjal: Daniel Casha
Skorers: A. Torres 46, B. Kaljevic 57, A. Torres 88 (B), A. Borg 91 (S)
Ammoniti: S. Arab (B)
Player tal-Logħba: Angel Torres (B)