Zebbug R…………2
Balzan………………3
Balzan għelbu lil Zebbug Rangers bl-iskor ta’ 3-2, u dan meta lagħbu għal kważi nofsiegħa bi player inqas, bil-goal li tahom it-tliet punti prezzjużi jasal proprju fil-ħin miżjud minn Angel Torres.
Balzan fetħu l-iskor fil-25 minuta meta MATHEUS NOGUREIRA DE SOUSA minn pożizzjoni ideali għola tajjeb fuq kulħadd u permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.
Żebbuġ gabu l-iskor indaqs fis-36 minuta peremzz ta’ CHARLES LOKOLI NGOY li b’daqqa ta’ ras preċiża u b’saħħitha oħra tefa’ l-ballun fix-xibka.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Balzan ħargu ferm aggressivi u fl-47 minuta, reġgħu qalbu l-iskor favurihom meta ANGEL TORRES li avvanza tajjeb u permezz ta’ xutt fil-baxx tefa’ ġewwa.
Fl-64 minuta Balzan spiċċaw jilgħabu bi player inqas meta tkeċċa għalihom Ivan Bozovic permezz ta’ karta ħamra diretta.
Zebbug bdew japprofittaw mill-fatt li bdew jilagbu bi player iktar u żewġ minuti biss wara, ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ corner dirett ta’ ROBERTO ENRIQUE SANCHEZ li qarraq u għel għal kollx lill-goalkeper ta’ Balzan, Rudy Briffa, li f;din il-partita kien qed jieħu post il-goalkeeper titolari Jonathan Debono.
Balzan issigillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fil-ħin miżjud eżattament fil-91 minuta, meta ANGEL TORRES avvanza tajjeb u għeleb lill-goalkeeper ta’ Zebbug, Jamie Azzopardi.
Zebbug R.: 1-Jamie Azzopardi, 3-Shaun Bugeja, 4-Leandro Da Silva Almeida, 6-Wilker Rocha (18-Jesus Soto 46), 8-Ayrton Mizzi (10-Stefan Jankovic 60), 11-Charles Lokoli Ngoy, 15-Roberto Enrique Sanchez, 16-Randall Vella, 17-Jeferson Macedo, 21-Stanimir Milsokovic, 22-Gaetano Joseph Gesualdi Coach: Brian Spiteri
Balzan: 1-Rudy Briffa, 2-Ivan Bozovic, 4-Duvan Diver Torres, 6-Marcus Grima, 8-Paul Fenech, 10-Angel Yesid Torres Quinones (20-Suleiman Jalu 46), 21-Alexander Satriano, 24-Nikola Braunovic, 27-Momcilo Raso, 33-Matheus Nogureira, 77-Aleksa Andrejic (86-Bojan Kaljevic 89) Coach: Oliver Spiteri
Referee: Slobodan Petrovic
Ass. Referees: Alan Camilleri, Robert Curtis
Raba’ Uffiċjal: Stefan Pace
Skorers: M. N. De Sousa 25, A. Torres 47, 91 (B), C. Lokoli Ngoy 36, R. E. Sanchez 67 (Z)
Tkeċċa: I. Bozovic 64 (B)
Ammoniti: L. Almeida Da Silva, W. Rocha Santos, G. J. Gesualdi (Z), M. N. De Sousa (B)
Player tal-Logħba: Angel Torres (B)