Saturday, December 14, 2024

Balzan jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Balzan ………2

Gzira Utd …..1

Minn Cristian Muscat

Balzan irritornaw għar-rebħ hekk kif għelbu lil Gzira United bl-iskor ta’ 2-1 li issa ilhom tliet partiti ma jirbħu wara draw (Sliema W. 2-2) u telfa (Floriana 2-1).

Min-naħa tal-Balzanin, dawn urew reżiljenża u wirja produttiva li wassluhom biex jiksbu dawn it-tliet punti prezzjużi.

Kienu Gzira li ħolqu l-ewwel periklu fit-tmien minuta meta Alex da Paixao Alves kellu x-xutt  tiegħu salvat tajjeb mill-goalkeeper ta’ Balzan, Danilo Golovic.

Balzan wieġbu żewġ minuti wara meta Isaac Westendorf kellu t-tentattiv tiegħu jiġi salvat tajjeb mill-goalkeeper Darijan Zar­kov, li kien qed jirritorna bejn il-lasti tal-Maroons.

Fl-21 minuta, Balzan fetħu l-iskor meta meta mill-free-kick mogħti minn Jan Busuttil, HENRI BRAHAM STANIC ikkontrolla b’sidru qabel ma’ għeleb lil Zarkov.

Sitt minuti wara, l-istess Zarkov salva fuq Isaac Westendorf wara azzjoni perso­nali.

Fl-44 minuta, providenzjali kien id-difensur ta’ Balzan Kevin Williams li salva minn fuq il-linja lob delizzjuż ta’ Thaylor Aldama.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Gżirjani ħarġu fuq l-offensiva fit-tentattiv li jiksbu d-draw iżda kienu Balzan li heddew meta, fit-62 minuta, Ayo Akpan avvanza tajjeb max-xellug iżda x-xutt tiegħu spiċċa barra.

Fit-73 minuta, Balzan irduppjaw l-iskor meta ISAAC WESTENDORF avvanza minn fuq ix-xellug u minn pożizzjoni djagonali għeleb lil Zarkov.

Tliet minuti wara, il-Maroons għamlu reazzjoni mmedjata u mill-free-kick ta’ Gabriel Bohrer Metz, il-goalkeeper Danilo Golovic wettaq save tajjeb.

Fit-83 minuta, huma ngħataw penalty meta  Thaylor Aldama twaqqa’ fil-kaxxa ta’ Balzan u mill-11-il metru, GABRIEL BOHRER MENTZ b’xutt b’saħħtu ma żbaljax.

Bil-ħin għaddew, it-team immexxi mill-coach, Andrew Cohen, ipprova jippressa biex isalva l-partita iżda l-Balzanin għarfu jikkontrollaw sal-aħħar.

Balzan: 99-Danilo Golovic, 5-Samir Arab, 8-Nicholas Pulis, 9-Isaac Westendorf, 10-Jan Busuttil, 17-Henri Braham Stanic, 23-Nikola Zerjal (14-Dimeji Awosanya 41), 24-Kevin Williams, 27-Ayo Akpan (7-Triston Caruana 67), 77-Mosawer Ahadi (2-Gary Camilleri 73), 80-Marcel Lima (22-Jake Grech 67) – Coach: Dave Rodgers

gzira U.: 30-Darijan Zarkov, 3-Gabriel Bohrer Mentz, 7-Thaylor Aldama, 8-Zachary Scerri, 9-Marcelo Dias (47-Brookyln Borg 65), 14-Carlos Luis Riascos, 17-Jurgen Pisani, 18-Christian Ebisindor Saint, 20-Alex Da Paixao Alves (11-Faysal Hassany 75), 23-Farid Romero Zuniga (22-Henrique De Santana Lira 90), 92-Kevin Tulimieri – Coach: Andrew Cohen

REFEREE: Glen Tonna

ASS. REFEREES: Alan Ca­milleri, Paul Apap

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORER: H. B. Stanic 21, I. Westendorf 73 (B), G. B. Mentz 83 pen (GU)

AMMONITI: D. Golovic, H. B. Stanic (B), C. S. Ebisinidor (GU)

Ekonomija

Sport