Friday, December 20, 2024

Balzan miżmuma minn Gudja United

Aqra wkoll

Gudja U……..2

Balzan……….2

Gudja United żammew lil Balzan fi draw ta’ 2-2, b’dan ikun il-ħames draw miksub minn Gudja matul dan l-istaġun, li għadhom ifittxu l-ewwel rebħa.

Kienu Balżan li ħarġu fuq l-offensiva u fit-tmien minuta kien Leonardo da Silva li venven xutt b’saħħtu bil-goalkeeper ta’ Gudja Justin Spiteri isalva tajjeb. Huma komplew jippressaw u tliet minuti wara freekick ta’ Da Silva ġie salvat tajjeb mill-istess Spiteri.

Gudja wieġbu għall-ewwel darba fid-19-il minuta meta freekick ta’ Matias Muchardi għadda ftit barra.

Balzan reġgħu ħolqu l-periklu fil-45 minuta, meta xutt mill-viċin ta’ Marcus Grima reġa’ ġie salvat tajjeb minn Justin Spiteri.

Gudja United ħarġu ferm aggressivi fit-tieni taqsima u rebħu penalty meta Nikola Zerjal waqqa’ lil Neil Tabone fil-kaxxa. Mill-11-il metru, inkariga ruħu ABOU TOURE li ma żbaljax.

Balzan wettqu reazzjoni tajba u fil-51 minuta, Peter Olawale avvanza tajjeb fil-kaxxa bix-xutt tiegħu isb lil Justin Spiteri attent.

Balzan ġabu l-iskor indaqs fil-71 minuta meta wara li xutt ta’ Leonardo da Silva ġie salvat minn Justin Spiteri, mir-rebound is-sostitut JAKE GRECH tefa’ ġewwa.

Iżda Gudja reġgħu marru fil-vantaġġ fit-78 minuta b’xutt mill-ewwel minn barra l-kaxxa ta’ MATIAS MUCHARDI wara li rċieva mingħand Abou Toure.

Fil-91 minuta, Balzan rebħu penalty meta Armando Melo ta’ Gudja waqqa’ lil Dimeji Awosanya fil-kaxxa.

Mill-11-il metru, inkariga ruħu LEONARDO DA SOUZA li ra lil Spiteri jsalva parzjalment biex mir-rebound, l-istess attakkant Brażiljan tefa’ ġewwa.

Fil-ħin miżjud, Balzan spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa għalihom Momcilo Raso permezz ta’ karta ħamra diretta.

Gudja U.: 90-Justin Spiteri, 5-Melo Armando dos Santos, 8-Sean Cipriott (7-Gianluca Lorenzoni 72), 9-Santiago Perea (17-Gabriel Mensah 72), 11-Matias Muchardi, 13-James Arthur, 18-Conor Borg, 22-Ricardo Eusebio, 23-Neil Tabone (39-Zak Grech 71), 77-Abou Toure (10-Shaisen Attard 85), 88-Mirko Esposito Coach: Jesmond Zammit

Balzan: 1-Rudy Briffa, 4-Andre Prates, 6-Marcus Grima, 11-Benjamin Hili, 18-Ryohei Michibuchi (21-Aleksander Katanic 67), 23-Nikola Zerjal (5-Samir Arab 67), 24-Nikola Braunovic (14-Dimeji Awosanya 57), 27-Momcilo Raso, 42-Leonardo Da Silva, 77-Aleksa Andrejic (10-Jake Grech 67), 80-Peter Olawale (8-Paul Fenech 57) Coach: Oliver Spiteri

Referee: Matthew Degabriele

Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Shaun Calleja

Raba’ Uffiċjal: Jospeh Scerri

Skorers: A. Toure 48, M. Muchardi 79 (G), J. Grech 71, L. Da Silva Souza 91 (B)

Tkeċċa: M. Raso 93 (B)

Ammoniti: A. Bremmer, S. Perea, C. Borg, A. Toure (G), A. Prates, R. Michibuchi (B)

Ekonomija

Sport