Hekk kif il-pandemija tal-Covid-19 bidlet il-ħajja normali ta’ kull wieħed u waħda minna, l-għoddod virtwali ħadhu spinta biex kulħadd seta’ jkun aktar qrib il-qraba u l-ħbieb tiegħu. Fuq dan il-ħsieb il-festa fin-Naxxar ħadet ukoll xejra differenti. L-għan ewlieni ta’ kull Socjetà Mużikali ġewwa Malta u Għawdex, hija li tagħti servizz lill kommunità li tkun fiha.
Għaldaqstant, l-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja tan-Naxxar, għamlet dan billi ħasbet biex xorta tiċċelebra l-festa ta’ Marija Bambina imma b’mod virtwali. Bi skeda ta’ għaxar t’ijiem li tintemm proprju nhar it-tlieta 8 ta’ Settembru f’Jum il-Festa, din is-soċjetà qeda b’mod live fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, www.facebook.com/BandaVittorja, ixxandar programmi interattivi b’mistednin speċjali għal kull jum li fiha is-Soċjetà kienet is-soltu torganizza attività. Dawn il-programmi, apparti li jidħlu fl-istorja tas-Socjetà kif ukoll tan-Naxxar, tagħmel ċert ukoll li turi filmati ta’ kull ġurnata mill-festi tal-imgħoddi, kif ukoll programm ieħor ta’ marċi kif ukoll xandiriet tan-nar mill-passat u anke tal-quddies solenni ta’ nhar il-Festa.
Għal programm aktar dettaljat wieħed jista’ jżur dan fis-sit ufficjali tas socjeta www.bandavittorjanaxxar.org