Sunday, November 10, 2024

Bank of Valletta jniedi offerti għall-istudenti

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta ħabbar it-tnedija tal-BOV Club għas-sena 2022. Dan il-Klabb huwa mfassal propju għal dawk l-istudenti li se jibdew l-istudji tagħhom fuq livell post-sekondarju jew terzjarju.

BOV Club huwa pakkett ta’ soluzzjonijiet finanzjarji mmirat għal adolexxenti u żgħażagħ li waslu biex jiftħu l-ewwel kont bankarju tagħhom u jirċievu l-ewwel stipendju. Permezz tal-BOV Club, l-istudenti jkollhom aċċess għall-prodotti u servizzi finanzjarji li jkollhom bżonn propju f’dan l-istadju tal-ħajja tagħhom. Barra minn hekk, huma jkollhom is-serħan-il moħħ li jiġi meta wieħed ikun jaf li għandu warajh l-appoġġ ta’ waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji ewlenin f’Malta.

X’inhuma l-Benefiċċji?
Hekk kif jidħol l-ewwel stipendju fil-kont tagħhom, il-membri ġodda tal-BOV Club jirċievu depożitu ta’ €50 fil-kont tagħhom. Dan huwa rigal ta’ merħba fil-klabb. Madankollu l-benefiċċji ewlenin huma s-servizzi bankarji bħalma huwa l-kreditu dirett b’xejn tal-istipendju fil-kont, kif ukoll notifika permezz ta’ SMS kull darba li l-istipendju jidħol fil-kont. L-istudenti jiksbu aċċess ukoll għad-dinja finanzjarja diġitali permezz tal-BOV Cashlink Visa contactless u l-BOV Cashlink Pay li jistgħu jintużaw kemm lokalment kif ukoll onlajn u barra minn Malta.

Huma jkunu jistgħu japplikaw ukoll għall-BOV Mobile u l-BOV Internet Banking. Permezz tal-BOV Pay App, l-Apple Wallet jew Garmin Pay fuq l-ismartphones jew l-arloġġ tagħhom, l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu pagamenti contactless ukoll. Il-BOV Club joffrilhom ukoll self mhux assigurat b’rati speċjali, li jinkludi wkoll kopertura fuq il-ħajja b’xejn u skontijiet fuq il-ħlasijiet marbuta mal-Monthly Investment Plans.

Il-Bank of Valletta huwa kburi li jagħti l-appoġġ tiegħu lil dawn il-klijenti żgħażagħ biex jilħqu l-ambizzjonijiet tagħhom, billi jiggwidahom u jgħinhom jimmaniġġjaw il-flus tagħhom filwaqt li jkun sieħeb finanzjarju affidabbli. Il-Bank iżomm kuntatt ħaj mal-membri tal-BOV Club permezz ta’ sit iddedikat għalihom https://www.bov.com/bov-club.

Il-BOV Club huwa ferm iktar minn sempliċilement kont bankarju. Dan iservi bħala opportunità għall-istudenti biex jibdew relazzjoni ta’ ħidma fit-tul mal-Bank of Valletta, relazzjoni li tevolvi maż-żmien pari passum ma’ kif tinbidel il-karriera, il-ħajja personali u l-ambizzjonijiet tagħhom.

Għandek bżonn kont għall-istipendju tiegħek?
Tixtieq issir membru tal-BOV Club? Dan huwa verament faċli – kulma trid tagħmel huwa li tagħfas hawn biex tibgħat l-applikazzjoni tiegħek , tibgħat emejl fuq [email protected] jew iċċempel fuq 2131-2020 biex tagħmel appuntament mal-fergħa li tippreferi.

Sport