Saturday, December 14, 2024

Barcelona f’aktar inkwiet finanzjarju

Aqra wkoll

Barcelona jinsabu mill-ġdid fl-inkwiet hekk kif id-dipartiment finanzarju sportiv Spanjol fetaħ inkjesta kontra l-klabb wara li nstab li kien hemm xi tbagħbis fil-flus.

Fil-fatt jidher li ħarġu xi flus sabiex inxtraw xi karozzi Audi lill-plejers iżda dawn ma ġewx dikjarati lid-dipartiment tat-taxxi interni.

Barra minn hekk, il-bilanċ finanzjarju tal-klabb għall-istaġun li għadda mhux jaqbel u qed tintalab aktar evidenza sabiex il-kontijiet tagħhom ikunu regolari.

Barcellona għaddejjin minn problemi kbar finanzjarji minkejja li jinsabu viċin li jirbħu l-kampjonat Spanjol.

Ekonomija

Sport