Il-president ta’ Barcelona Joan Laporta ikkonferma li l-club tiegħu jinsab f’diskussjonijiet ma’ Leeds United dwar il-possibbiltà li jġib lil Raphinha fil-Camp Nou.
L-internazzjonali Brażiljan impressjona għall-Whites minn meta ngħaqad magħhom mingħand Rennes f’Ottubru 2020, fejn skorja 17-il goal u rreġistra 12-il assist f’67 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Matul l-istaġun li għadda, Raphinha skorja 11-il goal u rreġistra tliet assists f’35 dehra fil-Premier League, b’Leeds jirnexxielhom jevitaw it-theddida ta’ relegazzjoni biex jibqgħu fl-ogħla diviżjoni tal-football Ingliż.