Barcelona għadhom għaddejjin bil-formalitajiet biex jiftiehmu kuntratt ġdid fit-tul ma’ Gavi.
Minkejja li għad għandu biss 17-il sena, Gavi huwa player ewlieni mal-ġganti Katalani, fejn diġà beda total ta’ 16-il partita u għamel ħames dehriet bħala sostitut fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun.
Bil-kuntratt taż-żagħżugħ għandu klawsola ta’ release ta’ €50m u jibqa’ għaddej sal-2023, il-player teoretikament jinsab fil-mira ta’ ħafna clubs Ewropej maġġuri.
Madankollu, Gavi jrid jibqa’ biss fil-Camp Nou, u huwa mifhum li n-negozjati pożittivi qed ikomplu jsiru wara l-kwinti.
Jidher li l-ftehim huwa “biss kwistjoni ta’ żmien”, filwaqt li l-klawsola ta’ release attwali se titneħħa u x’aktarx tiżdied sostanzjalment.
Liverpool u Chelsea kienu fost il-clubs li ilhom isegwu s-sitwazzjoni.