Il-president ta’ Barcelona, Joan Laporta saħaq, li l-club Katalan għadu ma aċċettax offerta għal Frenkie de Jong minkejja l-ispekulazzjonijiet riċenti dwar il-midfielder ċentrali.
Manchester United ilhom marbuta b’mod qawwi mal-internazzjonali Olandiż sa mill-aħħar ta’ Mejju, bir-Red Devils maħsub li identifikawh bħala l-mira ewlenija tat-trasferiment tagħhom.
Rapport riċenti sostna li r-Red Devils kienu waslu għal ftehim mat-team Katalan dwar ħlas ta’ trasferiment, bit-team mil-La Liga ħerqan li jbiegħ xi players biex itaffi xi ftit il-problemi finanzjarji tiegħu.