Barcelona jidhru lesta li jiddefendu lilhom infushom fil-qorti dwar il-Każ Negreira, hekk kif id-dipartiment tal-Ġustizzja Spanjol qed jipprepara biex iressaq ilment formali.
Waqt investigazzjoni tat-taxxa, il-Blaugrana nstabu li kienu qed iħallsu lil kumpanija bl-isem Dasnil 95 somma ta’ €6.7 miljuni mill-2001 sal-2017. Il-kumpanija kienet proprjetà tal-eks viċi-president tal-Kumitat tar-Referees, Enriquez Negreira, u kellha biss żewġ impjegati: Negreira u ibnu.
Dawk il-pagamenti kienu rrappurtati għal rapporti ta’ scouting u rapporti fuq ir-referees. Skond il-ġurnal Franċiż, El Pais, l-Uffiċċju tal-Prosekutur ma jħossx li hemm biżżejjed evidenza biex jissostanzja dawk l-allegazzjonijiet u se jressaq akkużi ta’ ‘korruzzjoni kontinwa’ kontra l-eks president Josep Maria Bartomeu u l-club innifsu.
Il-presidenti l-oħra matul dak iż-żmien, Joan Gaspart, Sandro Rosell u Joan Laporta, mhux se jkunu implikati direttament, minħabba preskrizzjoni ta’ ħames snin fuq l-akkużi. Madankollu jistgħu jiġu nvoluti jekk l-entità ta’ Barcelona tiġi akkużata. Issa imħallef se jiddeċiedi jekk hemmx raġunijiet biex jaċċetta l-każ, skont il-protokoll.
Għadu mhux ċar x’kastig dan jista’ jġib għal Barcelona, għalkemm La Liga eskludiet kastigi ta’ relegazzjoni jew punti minħabba l-limitu ta’ żmien tagħhom għall-piena.
Huwa maħsub li l-UEFA u l-FIFA qed jimmonitorjaw is-sitwazzjoni, u m’huma mfixkla minn ebda statuti f’termini ta’ kastig.
Fl-istess ħin, il-president attwali Laporta kien qed jitkellem f’attività u ċaħad li l-club ‘qatt xtara jew fittex li jixtri referees’, filwaqt li sostna li l-fatti joħorġu l-verità. Il-club beħsiebu jispjega s-sitwazzjoni f’konferenza stampa li ġejja.
Madankollu, kif huma l-affarijiet huwa jum mudlam għall-football Spanjol u sakemm dawn il-ħlasijiet jingħataw spjegazzjoni sodisfaċenti, il-każ se jkompli jħammeġ ir-reputazzjoni ta’ kemm nies jiddefendu l-immaġni tiegħu, mhux l-inqas il-coach Carlo Ancelotti.