Sunday, November 24, 2024

Barcelona għandhom jikkunsidraw liż-żewġ difensuri ta’ Chelsea

Aqra wkoll

Barcelona qed iżommu għajnejhom mill-qrib fuq is-suq tal-aġenti ħielsa dan is-sajf li ġej, skond il-media Spanjola.

Erling Haaland huwa l-għan ewlieni tagħhom fl-istaġun mill-qrib iżda Barcelona jixtiequ wkoll jiffirmaw ftit żidiet ta’ kwalità għolja mingħajr ma jonfqu ħafna.

Żewġ players ta’ dan il-kalibru jilagħbu ma’ Chelsea – id-difensuri Cesar Azpilicueta u Andreas Christensen. It-tnejn se jaraw il-kuntratti tagħhom fi Stamford Bridge jiskadu fi tmiem dan l-istaġun u jingħad li huma attirati ħafna għall-proġett li qed jiżviluppa fin-Nou Camp.

Azpilicueta captain ta’ Chelsea fiċ-Champions League tal-istaġun li għadda u huwa parti importanti mit-team nazzjonali Spanjol ta’ Luis Enrique. Huwa għandu 32 sena, iżda għadu jilgħab bl-enerġija u bl-entużjamu u fadallu aktar snin fl-ogħla li­vell. Primarjament difensur tal-lemin, jista’ jilgħab ukoll bħala difensur ċentrali.

Hemm stennija li l-operazzjoni Christensen xorta waħda ssir minkejja li hemm ukoll interess fid-difensur ċentrali ta’ Juventus Matthijs de Ligt fis-suq tat-trasfe­rimenti tas-sajf li ġej.

Jingħad li l-istaff tekniku jippreferi lil De Ligt, filwaqt li l-club jiffavorixxi mossa għal Christensen peress li din tagħtih liber­tà ekonomika f’oqsma oħra. 

Peró, iż-żmien irid jgħid min jirbaħ.

Sport