Barcelona huma ħerqana li jakkwistaw lura lil Hector Bellerin qabel tmiem is-suq tat-trasferimenti.
Il-player ta’ 27 sena reġa’ lura ma’ Arsenal wara perijodu ta’ self produttiv ma’ Real Betis, iżda mhuwiex fil-pjanijiet tal-manager tal-Gunners Mikel Arteta għall-istaġun 2022-23.
Bellerin fadallu sena oħra biex fil-kuntratt mal-club mit-Tramuntana ta’ Londra, u rapport riċenti sostna li l-Ispanjol kien talab lil Arsenal biex itemmu l-kuntratt tiegħu sabiex jingħaqad ma’ Real Betis bi ftehim permanenti.