Barcelona huma lesti li jerġgħu jqajmu l-interess tagħhom fil-midfielder ta’ Manchester United, Juan Mata.
Il-player ta’ 33 sena deher għal 151 minuta biss fil-kompetizzjonijiet kollha għar-Red Devils s’issa dan l-istaġun, u għamel biss tliet dehriet u l-ebda waħda fil-Premier League.
Il-kuntratt ta’ Mata f’Old Trafford jiskadi fi tmiem l-istaġun, wara li ffirma estensjoni ta’ sena fis-sajf li għadda, u hu se jkun liberu li jiftaħ taħditiet ma’ clubs barranin mill-1 ta’ Jannar.
Barcelona ppruvaw jiffirmaw lil Mata qabel ma ffirma l-estensjoni tiegħu s-sena l-oħra, u issa qed jippjanaw li jagħmlu offerta oħra għall-Ispanjol.
Madankollu, l-istat finanzjarju prekarju tal-Katalani jfisser li ma jkunux jistgħu jħallsu l-ebda somma ta’ trasferiment għall-midfielder u għalhekk jistgħu jkunu sfurzati jistennew sas-sajf biex jiffirmawh bi free transfer.
Man United ikunu lesti li jnaqqsu l-pagi ta’ £130,000 fil-ġimgħa ta’ Mata f’Jannar, iżda huma ħerqana li jirkupraw xi somma ta’ trasferiment aktar milli jikkanċellaw il-ftehim tiegħu sitt xhur kmieni.
Mata ilu ma jilgħab fil-La Liga għal aktar minn għaxar snin, minn meta telaq lil Valencia biex ingħaqad ma’ Chelsea fl-2011.