Saturday, September 14, 2024

Barcelona interessati fil-firma ta’ Alex Telles

Aqra wkoll

Barcelona huma interessati fl-akkwist tad-difensur ta’ Manchester United, Alex Telles, bil-club ifittex sostitut għal Jordi Alba.

L-internazzjonali Spanjol jibqa’ figura importanti għall-ġganti Katalani, iżda hu se jagħlaq 33 sena kmieni s-sena d-dieħla u tħabat bi problemi muskolari matul l-istaġun 2021-22.

Barcelona qed ifittxu li jiffirmaw sostitut għal Alba fil-futur qrib u identifikaw lil Telles bħala l-akkwist ideali.

Il-player ta’ 29 sena għal diversi xhur kien it-tieni għażla wara Luke Shaw fuq ix-xellug ma’ Man Utd wara li ngħaqad magħhom mingħand Porto f’Ottubru 2020.

Madankollu, Telles beda l-aħħar erba’ logħbiet tal-Premier League, bil-Brażiljan jibbenefika min-nuqqas ta’ disponibbiltà riċenti ta’ Shaw minħabba injury f’rasu.

Il-player mill-Amerika t’Isfel, li skorja darba u pprovda erba’ assists fi 32 apparenza għar-Red Devils fil-kompetizzjonijiet kollha, għad fadallu sentejn u nofs fil-kuntratt tiegħu f’Old Trafford.

Ekonomija

Sport