Thursday, April 10, 2025

Barcelona interessati f’Jonathan Tah

Aqra wkoll

Barcelona assiguraw lid-difensur Jonathan Tah li li hu se jkun qed jiffirma magħhom matul dan is-sajf minkejja r-restrizzjonijiet riċenti tal-limitu tas-salarji imposti minn La Liga.

Permezz tal-aġent tiegħu, Pini Zahavi, il-klabb ikkonferma li se jkun jista’ jirreġistra plejers ġodda minn Lulju u assigura lil Tah minn post fl-iskwadra b’ħin tal-logħob garantit. L-internazzjonali Ġermaniż jinsab fl-aħħar ftit xhur tal-kuntratt tiegħu ma’ Bayer Leverkusen u jinsab lest li jiffirma ma’ klabb ieħor b’xejn meta jintemm l-istaġun.

Il-kowċ ta’ Barcelona Hansi Flick jinsab ħerqan li jkollu lil Tah miegħu fid-difiża.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport