Barcelona qed jikkunsidraw li matul is-sajf li ġej imorru għad-difensur internazzjonali Olandiż Virgil Van Dijk. Dan tal-aħħar bħalissa hu reġistrat ma’ Liverpool, tim li ilu miegħu għal dawn l-aħħar seba’ snin fejn lagħab 220 logħba u skorja 19-il gowl.
Hu ilu suġġett ta’ spekulazzjoni wara l-oħra aktar u aktar għax ma ta l-ebda kelma lir-Reds li jrid jiffirma l-kuntratt il-ġdid.