Barcelona jridu jiffirmaw difensur fuq in-naħa xellugija tal-grawnd matul dan is-sajf u jistgħu jingħaqdu mill-ġdid b’mod sensazzjonali ma’ wieħed mill-ex plejers taż-żgħażagħ tagħhom, Alejandro Grimaldo ta’ Bayer Leverkusen.
Għalkemm id-difensur xellugi għad għandu kuntratt maċ-champions tal-Bundesliga 2023-24 sal-2027, qed jingħad li hemm ftehim verbali mad-diriġenza ta’ Leverkusen. Dan għandu jippermetti lil Grimaldo jirritorna fil-klabb taż-żgħażagħ tiegħu bil-prezz li huwa bejn €30 u 40 miljun
Grimaldo kien l-iżgħar plejer li qatt lagħab fis-Segunda Division, it-tieni kategorija tal-futbol Spanjol issa magħruf bħala LaLiga Hypermotion, fl-età ta’ 15-il sena u 349 jum waqt li kien jilgħab ma’ Barcelona B kontra Cartagena fl-4 ta’ Settembru 2011. Dak ir-rekord, madankollu, inkiser minn Lamine Yamal fl-2022.