Barcelona għamlu approċċ inizjali għal Noussair Mazraoui, bil-ġganti Katalani jisnabu ferm ħerqana li jiffirmawh bi free transfer dan is-sajf.
Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena ilu ma’ Ajax mill-2006, u pprogressa permezz tas-sistema taż-żgħażagħ fil-club, filwaqt li rrappreżenta l-ewwel team tagħhom f’130 okkażjoni fil-kompetizzjonijiet kollha.
Id-difensur lemini reġa’ kien player ewlieni għall-club tiegħu minn Amsterdam matul dan l-istaġun, fejn għamel 28 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha, skorja ħames goals u pprovda erba’ assists fil-proċess.
Madankollu, Mazraoui se jkun qed iħalli lit-team attwali tiegħu bi free transfer dan is-sajf, u numru ta’ clubs ġew marbuta mas-servizzi tiegħu, fosthom AC Milan u Borussia Dortmund.
Hua mifhum li Barcelona issa għamlu ‘proposta inizjali’ għad-difensur u qed ‘jagħmlu minn kollox’ biex iġibuh fil-Camp Nou.
Jidher li AC Milan u Borussia Dortmund għamlu kuntatt ukoll mal-aġent tad-difensur Mino Raiola biex jirreġistraw l-interess tagħhom fis-servizzi tiegħu.
Mazraoui impressjona fiċ-Champions League dan l-istaġun, billi pprovda żewġ assists f’seba’ dehriet, b’Ajax jisnabu ħerqana li jiksbu post fil-kwarti tal-finali ta’ din il-kompetizzjoni.