Friday, September 13, 2024

Barcelona jagħmlu offerta attraenti lil Edinson Cavani

Aqra wkoll

Barcelona għamlu offerta attraenti lil Edinson Cavani.

L-attakkant ta’ 34 sena fadallu biss sitt xhur fil-ftehim tiegħu ma’ Manchester United u jista’ jħalli lir-red Devils f’Jannar fit-tfittxija ta’ club ġdid.

Cavani għamel biss tmien apparenzi għar-Red Devils dan l-istaġun minħabba problemi ta’ injury, u skorja biss goal wieħed, fil-Premier League kontra Tottenham Hotspur.

Barcelona ġew marbuta sew mal-internazzjonali Urugwajan, bil-ġganti Katalani qed jippruvaw jakkwistaw attakkant ċentrali bi spiża affordabbli fil-bidu tal-2022.

Il-club mil-Liga offra kuntratt lil Cavani sa Ġunju 2023, li jkun qed jarah jaqla’ mill-inqas €3.5m  b’bonuses relatati mal-prestazzjoni fl-ewwel sitt xhur, qabel żieda għal € 4m għat-tieni staġun, minbarra l-bonuses ta’ €1.5m.

L-attakkant b’esperjenza skorja 18-il goal u rreġistra sitt assists f’47 apparenza għal Manchester United minn meta ngħaqad magħhom bi free transfer mingħand Paris Saint-Germain.

Ekonomija

Sport