Barcelona qed jaħdmu minn wara l-kwinti fuq l-akkwisti tas-sajf, bil-club Katalan ‘aktar minn kuntent’ bil-ħidma ta’ Xavi minn mindu ħa t-tmun tagħhom bħala coach f’Novembru.
Il-ġganti tal-La Liga mistennija jkunu attivi fis-suq li ġej minkejja l-problemi finanzjarji tagħhom, b’Erling Braut Haaland ta’ Borussia Dortmund jingħad li hu fil-mira ewlenija tagħhom.
Id-diriġenti ta’ Barcelona huma kuntenti bil-ħidma ta’ Xavi minn mindu ingħaqad magħhom, u l-club lest li jappoġġjah qabel l-istaġun 2022-23.
It-team Katalan qed jimbotta biex jiffirma lil Cesar Azpilicueta bi free transfer mingħand Chelsea, bl-Ispanjol jista’ jiffirma kuntratt ta’ sentejn flimkien ma’ staġun żejjed.
Barcelona mhumiex fit-tellieqa għat-titlu tal-La Liga dan l-istaġun, u jinsabu 15-il punt taħt il-leaders tal-kampjonat Real Madrid, iżda issa jinsabu fir-raba’ post fil-klassifika qabel Atletico Madrid.
Intant, il-Blaugrana kisbu post fir-round li jmiss tal-Europa League l-Ħamis filgħaxija b’rebħa ta’ 4-2 kontra Napoli, li rathom jirbħu l-partita tal-playoff bi skor aggregate ta’ 5-3.