Friday, December 13, 2024

Barcelona jesprimu interess f’Marcus Rashford

Aqra wkoll

Barcelona esprimew interess li jiffirmaw lill-attakkant ta’ Manchester United, Marcus Rashford.

Minn mindu rritorna minn injury fl-ispalla, l-internazzjonali Ingliż tħabat għall-aqwa forma tiegħu, u skorja biss ħames goals fil-kompetizzjonijiet kollha dan l-istaġun.

Iż-żagħżugħ ta’ 24 sena daħal ukoll għal skrutinju dejjem akbar minn esperti u partitarji bl-istess mod, filwaqt li l-manager temporanju Ralf Rangnick saħaq li l-attakkant jista’ jitlaq minn Old Trafford fis-sajf jekk ma jkunx kuntent fil-club ta’ tfulitu.

Huwa mifhum li Barcelona diġà għamlu kuntatt mar-rappreżentanti tal-player biex jindikaw li qed isegwu s-sitwazzjoni.

Għalkemm Rashford huwa effettivament marbut mal-United sal-2024 minħabba għażla fil-kuntratt tiegħu, United jistgħu jkunu lesti li jikkunsidraw offerti meta jagħmlu xi tibdil fl-iskwadra tagħhom qabel l-istaġun 2022-23.

Madankollu, Rashford, li għamel 297 dehra mal-United minn meta ggradwa mill-akkademja tagħhom, bħalissa jrid jibqa’ fil-club fit-tul.

Ekonomija

Sport