Barcelona huma ħerqana li jħeġġu lil Philippe Coutinho jingħaqad ma’ Aston Villa bi ftehim permanenti dan is-sajf.
Il-player ta’ 29 sena ħalla impressjoni immedjata f’Villa Park sa minn meta ġie misluf f’Jannar, u rreġistra tliet gowls u tliet assists f’seba’ dehriet fil-Premier League.
Villa jippossjedu klawsola ta’ għażla ta’ xiri ta’ €40m fil-ftehim ta’ self ta’ Coutinho, għalkemm il-manager Steven Gerrard saħaq li għad trid tittieħed deċiżjoni dwar il-futur tal-Brażiljan.
Huwa mifhum li Barcelona huma determinati li jneħħu lil Coutinho mill-kotba tagħhom dan is-sajf, u Gerrard “jixtieq” jiffirma b’mod permanenti lill-ex player sieħbu ma’ Liverpool.
Jidher li d-diriġenti ta’ Aston Villa mhux se jieħdu deċiżjoni finali sa tmiem l-istaġun, iżda s’issa kienu impressjonati bil-wirjiet ta’ Coutinho.
Coutinho tħabat biex iħalli impatt konsistenti ma’ Barcelona mill-wasla tiegħu għas-somma ta’ £142m, u rreġistra 25 goal u 14-il assist f’106 partita fil-kompetizzjonijiet kollha.