Saturday, September 14, 2024

Barcelona jħejju offerta finali ta’ €40m għal Robert Lewandowski

Aqra wkoll

Barcelona qed iħejju offerta finali ta’ €40m għall-attakkant ta’ Bayern Munich, Robert Lewandowski.

Il-club Katalan identifika lill-player internazzjonali tal-Polonja bħala l-mira ewlenija tagħhom għat-trasferiment tas-sajf u kienu f’diskussjonijiet ma’ Bayern dwar ftehim possibbli għall-attakkant.

Iċ-champions tal-Bundesliga s’issa rreżistew l-offerti minn Barcelona, iżda huwa mifhum li t-team immexxi minn Xavi se jkun qed jagħmel offerta finali ta’ €40m bit-tama li jikkonvinċu lill-ġganti Bavarjani biex ibiegħuh.

Ekonomija

Sport